Accessibility Tools

Dwarna

Ħarsa Ġenerali

RE.MA.C. tlaqqa’ studenti ta’ lingwa nattiva, studenti migranti u għalliema regolari (tal-lingwa) biex jaħdmu b’mod kollaborattiv fuq eżerċizzji interkulturali komuni ta’ tagħlim u ta’ istruzzjoni tal-lingwa, permezz ta’ teknoloġiji u għodda diġitali ġodda u emerġenti bl-applikazzjoni ta’ mudell ta’ tagħlim imħallat. L-iskop ewlieni ta’ dan il-għan hu li jinħoloq materjal ta’ taħriġ u tagħlim fuq il-bażi ta’ suġġetti tematiċi li jinsabu f’kotba tal-istudju tal-pajjiżi korrispondenti sabiex tiġi ffurmata klassi regolari li tipprovdi opportunitajiet ġusti ta’ tagħlim lill-istudenti kollha, u fl-istess ħin tinħoloq klassi, u eventwalment skola, fejn l-istudenti u l-għalliema jkunu jistgħu jifhmu, jirrispettaw u jaċċettaw lil kulħadd, irrespettivament minn kwalunkwe forma ta’ diverġenza.
REMAC-About

Skop

Matul dan il-proġett, l-iskop hu li jiġu indirizzati l-isfidi u d-diffikultajiet (fil-lingwa) li l-għalliema regolari jiffaċċjaw meta jippruvaw jindirizzaw il-ħtiġijiet u interessi diversifikati tal-istudenti.
REMAC-aims

Imsieħba

  1. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ materjal interattiv online bbażat fuq il-ħtiġijiet tal-istruzzjoni u tat-tagħlim kemm tal-għalliema regolari tal-lingwi kif ukoll ta’ studenti migranti permezz tal-użu tal-pjattaforma u tal-app MILAGE learn+.

  2. Taħriġ tal-għalliema regolari tal-lingwi biex jgħallmu t-tieni lingwa fi klassi regolari billi jużaw il-pjattaforma online dinamika tal-proġett u l-materjal edukattiv b’mod ġenerali.

  3. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ materjal interkulturali, u eventwalment dak ta’ għodda interkulturali mal-firxa tal-kurrikulu billi jintużaw il-pjattaforma u l-app tal-proġett u materjal edukattiv b’mod ġenerali.

  4. Jiġu mħarrġa għalliema regolari tal-primarja permezz tal-użu tal-pjattaforma dinamika online tal-proġett u materjal edukattiv b’mod ġenerali fil- klassijiet tal-primarja regolari.
REMAC-Objectives

Partners

FREDERICK UNIVERSITY, Ċipru [Organizzazzjoni Mexxejja]
frederick-university
L-Università (FredU) hija waħda mill-ħames universitajiet privati rikonoxxuti li joperaw fir-Repubblika ta’ Ċipru. Hija università enerġika mimlija ħajja, li tgawdi minn rispett u rikonoxximent kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali. FredU toffri firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ studju akkademiċi f’oqsma varji bħal ma huma x-Xjenza, l-Inġinerija, in-Negozju, l-Arti, l-Arkitettura, il-Medja, l-Istudji Umanistiċi, is-Saħħa, u l-Edukazzjoni u tagħti attenzjoni qawwija lir-riċerka akkademika, peress li hija waħda mill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka ewlenin fil-pajjiz.
CARDET, Ċipru
CARDET
CARDET (Ċentru għall Avvanz tar-Riċerka u l-Iżvilupp fit-Teknoloġija Edukattiva) huwa organizzazzjoni indipendenti, mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva, tar-riċerka u l-iżvilupp bbażata f’Ċipru. Huwa wieħed miċ-ċentri ewlenin ta’ riċerka u żvilupp fir-reġjun Ewro-Mediterranju, b’għarfien espert fuq livell dinji fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti, bini ta’ kapaċitajiet, u e-learning. CARDET huwa affiljat b’mod indipendenti ma’ universitajiet u istituzzjonijiet minn madwar id-dinja, bħal ma huma l-Università ta’ Yale, l-Università ta’ Nikosija, u l-Kunsill Internazzjonali tal-Medja Edukattiva. CARDET temm għadd kbir ta’ proġetti relatati mal-iżvilupp ta’ bini ta’ kapaċitajiet u ppjanar fl-edukazzjoni u l-ETV, appoġġ għaż-żgħażagħ, tagħlim għall-adulti, litteriżmi, għodda diġitali, e-learning, teknoloġija edukattiva, u integrazzjoni soċjali ta’ gruppi emarġinati.
DIMOKRITIO PANEPISTIMIO THRAKIS, Greċja
Democritus University of Thrace
L-Università Demokritu ta’ Traċja (DUTh) twaqqfet fl-1973, fi Traċja, il-Greċja. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha qrib tal-pajjiżi membri tal-UE l-Bulgarija u r-Rumanija, il-pajjizi kandidati l-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija, u f’salib it-toroq prinċipali bejn l-UE, l-Asja u r-Russja, DUTh għandha rwol determinanti fil promozzjoni tal-Edukazzjoni, ir-Riċerka u l-Iżvilupp fix-Xlokk usa’ tal-Ewropa permezz ta’ għadd kbir ta’ netwerks reġjonali li stabbilixxiet. Barra minn hekk, DUTh tikkopera ma’ bosta Universitajiet u Organizzazzjonijiet ta’ Riċerka lil hinn mill-Ewropa, madwar id-dinja.
UNIVERSIDADE DO ALGARVE, Portugall
UNIVERSIDADE DO ALGARVE, Portugal
L-Università tal-Algarve (UAlg) hija istituzzjoni pubblika ta’ edukazzjoni ogħla mwaqqfa fl-1979, fejn is-sistemi edukattivi politekniċi u dawk universitarji jeżistu flimkien. Din tinsab fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Portugall, sewwa sew fl-Algarve. B’madwar 9,000 student irreġistrat fis-sena skolastika 2021/22, madwar 22% tal-istudenti rreġistrati huma internazzjonali, minn madwar 80 pajjiż differenti u madwar 1,300 membri tal-persunal (għalliema, impjegati u riċerkaturi). L-offerta edukattiva tal UAlg tikkonsisti f’korsijiet tal-ewwel ċiklu (44) mgħallma bil-Portugiż, korsijiet tat-tieni ċiklu (63) mgħallma wkoll bl-Ingliż, li 5 minnhom huma korsijiet internazzjonali konġunti Erasmus Mundus f’livell ta’ Master, u programmi ta’ livell ta’ dottorat (19), it-tielet ċiklu f’diversi oqsma xjentifiċi – xjenza u teknoloġija, maniġment u ekonomija, xjenzi tal-baħar u tad-dinja, xjenzi soċjali, u saħħa u benesseri.
CESIE, Italja
CESIE
CESIE hija organizzazzjoni bla skop ta’ qligħ u mhux governattiva li għandha s-sede f’Palermo (l-Italja) u li twaqqfet fl-2001. CESIE hija impenjata li tippromwovi l-iżvilupp kulturali, soċjali, edukattiv u ekonomiku fil-livell lokali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. CESIE tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-iżvilupp permezz tal-parteċipazzjoni attiva ta’ nies, tas-soċjetà ċivili u ta’ istituzzjonijiet, filwaqt li dejjem tivvalorizza lid-diversità. Ispirati mix-xogħol u mill-ħajja ta’ Danilo Dolci, niffukaw l-azzjonijiet tagħna fuq ir-riċerka tal-ħtiġijiet u tal-isfidi soċjali u fuq l-użu ta’ approċċi ta’ tagħlim innovattivi.
SERVIZZ TA’ SOLIDARJETÀ MALTA U BARRA MILL-PAJJIŻ (SOS MALTA)
Solidarity Overseas Service (SOS MALTA)
SOS Malta hija Organizzazzjoni Volontarja reġistrata, imwaqqfa fl-1991, li taħdem ma’ msieħba lokali u internazzjonali. L-organizzazzjoni tassisti gruppi soċjalment żvantaġġati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom billi tipprovdi servizzi ta’ appoġġ u opportunitajiet biex jitwettqu l-iżvilupp u l-bidla. SOS Malta tħeġġeġ ukoll il-promozzjoni f’isem kawżi soċjali u tippromwovi mudelli ta’ kura u prattika tajba. SOS Malta taħdem fuq ħames pilastri li jinkludu l-għanijiet ta’ hawn fuq. Dawn huma: Solidarjetà Soċjali; Volontarjat; Żvilupp Barrani; Riċerka u Taħriġ u Operatur tal-Fondi tal-Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja speċifikament assenjati għall-Għaqdiet Mhux Governattivi.

Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union or the European Education and Culture Executive Agency (EACEA). Neither the European Union nor EACEA can be held responsible for them. Iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-fehmiet u l-opinjonijiet espressi huma dawk tal-awtur(i) biss u mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-Unjoni Ewropea jew tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). La l-Unjoni Ewropea u lanqas l-EACEA ma jistgħu jinżammu responsabbli għalihom. Με τη χρηματοδότηση της Ευρωπαϊκής Ένωσης. Οι απόψεις και οι γνώμες που διατυπώνονται εκφράζουν αποκλειστικά τις απόψεις των συντακτών και δεν αντιπροσωπεύουν κατ'ανάγκη τις απόψεις της Ευρωπαϊκής Ένωσης ή του Ευρωπαϊκού Εκτελεστικού Οργανισμού Εκπαίδευσης και Πολιτισμού (EACEA). Η Ευρωπαϊκή Ένωση και ο EACEA δεν μπορούν να θεωρηθούν υπεύθυνοι για τις εκφραζόμενες απόψεις. Финансирано от Европейския съюз. Изразените възгледи и мнения обаче принадлежат изцяло на техния(ите) автор(и) и не отразяват непременно възгледите и мненията на Европейския съюз или на Европейската изпълнителна агенция за образование и култура (EACEA). За тях не носи отговорност нито Европейският съюз, нито EACEA. Tento projekt byl financován s podporou Evropské komise. Tato publikace odráží pouze názory autora a Komise nenese odpovědnost za jakékoli použití informací v ní obsažených De steun van de Europese Commissie voor de productie van deze publicatie houdt geen goedkeuring van de inhoud in die alleen de mening van de auteurs weerspiegelt, en de Commissie kan niet verantwoordelijk worden gehouden voor enig gebruik dat van de informatie in deze publicatie wordt gemaakt. Podrška Europske komisije za proizvodnju ovih objava ne predstavlja I njezino odobrenje sadržaja koji odražavaju samo stavove autora i Europska Komisija se ograđuje od odgovornosti za bilo kakvu upotrebu informacija sadržanih u njima. Le soutien de la Commission européenne à la production de cette publication ne constitue pas une approbation du contenu qui reflète uniquement les opinions des auteurs, et la Commission ne peut être tenue responsable de l’usage qui pourrait être fait des informations qu’elle contient. Die Unterstützung der Europäischen Kommission für die Erstellung dieser Veröffentlichung stellt keine Billigung des Inhalts dar, der nur die Ansichten der Autoren widerspiegelt, und die Kommission kann nicht für die Verwendung der darin enthaltenen Informationen verantwortlich gemacht werden. Financiado pela União Europeia. Os pontos de vista e as opiniões expressas são as do(s) autor(es) e não refletem necessariamente a posição da União Europeia ou da Agência de Execução Europeia da Educação e da Cultura (EACEA). Nem a União Europeia nem a EACEA podem ser tidos como responsáveis por essas opiniões. El apoyo de la Comisión Europea a la producción de esta publicación no constituye una aprobación de su contenido, que refleja únicamente las opiniones de los autores, y la Comisión no se hace responsable del uso que pueda hacerse de la información contenida en ella. Finanziato dall'Unione europea. Le opinioni espresse appartengono, tuttavia, al solo o ai soli autori e non riflettono necessariamente le opinioni dell'Unione europea o dell’Agenzia esecutiva europea per l’istruzione e la cultura (EACEA). Né l'Unione europea né l'EACEA possono esserne ritenute responsabili. Podpora Evropske komisije pri izdelavi te publikacije ne pomeni odobritve vsebine, saj odraža le stališča avtorjev in Komisija ne more biti odgovorna za kakršno koli uporabo informacij, ki jih vsebuje.
Project Number: 2022-1-CY01-KA220-HED-000088107

Copyright © | Privacy policy