CARDET (Ċentru għall Avvanz tar-Riċerka u l-Iżvilupp fit-Teknoloġija Edukattiva) huwa organizzazzjoni indipendenti, mingħajr skop ta’ qligħ, mhux governattiva, tar-riċerka u l-iżvilupp bbażata f’Ċipru. Huwa wieħed miċ-ċentri ewlenin ta’ riċerka u żvilupp fir-reġjun Ewro-Mediterranju, b’għarfien espert fuq livell dinji fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti, bini ta’ kapaċitajiet, u e-learning. CARDET huwa affiljat b’mod indipendenti ma’ universitajiet u istituzzjonijiet minn madwar id-dinja, bħal ma huma l-Università ta’ Yale, l-Università ta’ Nikosija, u l-Kunsill Internazzjonali tal-Medja Edukattiva. CARDET temm għadd kbir ta’ proġetti relatati mal-iżvilupp ta’ bini ta’ kapaċitajiet u ppjanar fl-edukazzjoni u l-ETV, appoġġ għaż-żgħażagħ, tagħlim għall-adulti, litteriżmi, għodda diġitali, e-learning, teknoloġija edukattiva, u integrazzjoni soċjali ta’ gruppi emarġinati.